EASA and You
Is-Sikurezza tiegħek - Il-Benesseri Tiegħek - Il-Pjaneta Tagħna
Fl-EASA, is-sikurezza tal-avjazzjoni hija l-qofol ta’ kulma nagħmlu. Aħna niżguraw li l-ivvjaġġar bl-ajru jkun sikur għalik bħala passiġġier. Aħna kburin bir-rekord qawwi ta’ sikurezza tal-industrija tal-avjazzjoni u determinati li naħdmu bla heda biex inżommu l-ivvjaġġar bl-ajru sikur għaċ-ċittadini Ewropej, tmur fejn tmur fid-dinja.
Is-sikurezza tas-saħħa saret punt fokali importanti għall-EASA. Aħna naħdmu mal-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni u l-Aġenziji Ewropej biex niżguraw li int tkun tista’ tivvjaġġa b’mod kunfidenti.
Kull industrija qed tintalab tagħmel il-bidliet meħtieġa biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tagħha. Qed naħdmu mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tal-avjazzjoni u qed nagħmlu l-parti tagħna biex niżguraw li l-avjazzjoni ssir aktar sostenibbli.
Oħloq kont u segwina fuq EASA Light biex iżżomm ruħek aġġornat.