Il-coronavirus ippreżenta sfidi ġodda għas-sikurezza tas-saħħa għall-ivvjaġġar bl-ajru u l-EASA rrispondiet billi stabbilixxiet standards ġodda għas-sikurezza tal-avjazzjoni u għall-benesseri tal-passiġġieri, billi ħadmet mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u mal-Kummissjoni Ewropea.
B’riżultat ta’ dan, l-EASA u l-ECDC ħarġu l-Protokoll tas-Sikurezza tas-Saħħa għall-Avjazzjoni kontra l-COVID-19, li jiddefinixxi miżuri biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-saħħa tal-vjaġġaturi bl-ajru u tal-persunal tal-avjazzjoni ladarba l-linji tal-ajru jerġgħu jibdew l-iskedi regolari tat-titjiriet wara t-tfixkil serju kkawżat mill-COVID-19.
Gwida għall-ġestjoni tal-passiġġieri bl-ajru
L-EASA u l-ECDC ġabru fil-qosor l-elementil-aktar importanti mill-perspettiva tal-passiġġieri f’poster:
- Ippjana l-vjaġġ tiegħek
- Għall-ajruport
- L-ajruport tat-tluq
- Fuq l-ajruplan
- L-ajruport tal-wasla
Il-poster huwa disponibbli wkoll f’formati u lingwi differenti fuq EASA Pro.
FAQs dwar is-Sikurezza tas-Saħħa tal-Passiġġieri - COVID-19
L-EASA ikkompilat katalgu ta’ FAQs biex tgħin lill-passiġġieri bl-ivvjaġġar bl-ajru fir-rigward tal-COVID-19.
- Agħti ħarsa lejn l-FAQs biex tipprepara għall-vjaġġ tiegħek.
Il-Protokoll tas-Sikurezza tas-Saħħa għall-Avjazzjoni kontra l-COVID-19 fid-dettall
Minbarra l-gwida dwar kif għandhom jiġu ġestiti l-passiġġieri, il-protokoll jistabbilixxi wkoll standards għall-ajruporti, għall-membri tal-ekwipaġġ u għall-ġestjoni tagħhom.
Il-protokoll se jiġi aġġornat biex jiġu aġġustati l-istandards, u tista’ taċċessa l-protokoll minn fuq EASA Pro, is-sit web tagħna għall-awtoritajiet, l-industrija u l-professjonisti tal-avjazzjoni