Nawgurawlek għad-dron ġdid li qlajt għall-Milied! Filwaqt li jaf qed tħossok eċċitat biex toħorġu mill-kaxxa u tippruvah malajr kemm jista’ jkun, huwa importanti li tieħu ftit ħin biex tiżgura li tkun taf kif jaħdem id-dron tiegħek u liema regoli jeħtieġ issegwi biex tiżgura s-sigurtà tiegħek innifsek u tal-oħrajn. Bħala pilota ta’ dron, inti issa parti minn industrija eċċitanti, li qed tiżviluppa. Min jaf fejn jista’ jieħdok dan l-ewwel pass.
B’xorti tajba, fi ftit passi sempliċi inti tista’ tkun qed tgawdi d-dron ġdid tiegħek u tagħmel xi affarijiet divertenti b’biċċa teknoloġija impressjonanti. Dawn huma spjegati f’dan il-vidjo u dettaljati bil-miktub hawn taħt:
- Irreġistra online bħala operatur tad-dron fuq is-Sit web tal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tiegħek.
Għal ħafna tipi ta’ droni trid tirreġistra online bħala operatur tad-droni. Huwa tassew sempliċi. Żur is-sit web tal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni tal-pajjiż fejn int residenti, jew fejn għandek il-post ewlieni tan-negozju, u segwi l-passi meħtieġa biex tikseb numru ta’ reġistrazzjoni tal-operatur tas-sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord.
- Ehmeż in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħek mad-dron tiegħek.
Ladarba jkollok in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħek, ehmeż dan mad-dron tiegħek. Wara li tlesti l-proċess ta’ reġistrazzjoni u tikseb iċ-ċertifikat tiegħek tal-bdot mill-bogħod tad-droni f’pajjiż tal-EASA, m’għandekx għalfejn terġa’ tirrepeti l-proċess f’pajjiż tal-EASA ieħor. Wieħed mill-vantaġġi l-kbar tar-regolamenti l-ġodda dwar id-Droni Ewropej huwa li ċ-ċertifikat huwa validu fl-UE kollha (u fl-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera).
- Iċċekkja l-Ġeożoni tad-Droni sabiex tkun taf fejn inti tista’ ttajjar id-dron tiegħek.
Dron ma tistax sempliċiment ittajru fejn trid. Hemm xi restrizzjonijiet biex jiżguraw is-sikurezza u l-privatezza ta’ kulħadd. Jeħtieġ tiċċekkja fuq is-sit web tal-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni għal kwalunkwe restrizzjoni speċifika dwar fejn tista’ ttir. Kull pajjiż huwa responsabbli mill-mod kif jamministra t-territorju tiegħu u jippubblika l-mapep ġeografiċi tad-droni tiegħu stess (imsejħa ġeożoni). Dawn juru żoni fejn id-droni mhumiex permessi: postijiet bħal madwar ajruporti, ċentri tal-bliet, installazzjonijiet militari eċċ. Tgħallem aktar dwar il-Ġeożoni fil-vidjo speċifiku tagħna:
Ġeożoni - kun af fejn tista’ ttajjar id-dron tiegħek
- Tir b’responsabbiltà - Issa inti l-pilota.
Issa inti pilota ta’ dron, inti responsabbli minn dak li jiġri meta inti ttajru. Id-droni għandhom potenzjal kbir li jagħmlu affarijiet impressjonanti għad-dinja moderna tagħna. Issa inti parti f’dan ukoll, għalhekk huwa importanti li ttir b’responsabbiltà. Aqra l-istruzzjonijiet tal-manifattur tad-dron tiegħek biex tkun ċert li tkun taf kif jaħdem. Dan jagħmel ukoll it-titjir aktar pjaċevoli.
Interessat li titgħallem aktar? Agħti ħarsa lejn dawn il-links għar-Riżorsi ta’ Sikurezza tad-Droni.
- Gwida tal-operaturi għal piloti ta’ droni, vidjos, il-mistoqsijiet tiegħek u t-tweġibiet tal-EASA, l-infografika u ħafna aktar ...
- Gwida - operaturi tad-droni
- Utenti ta’ Droni għal użu rikreattiv - avveniment bi streaming dirett
- FAQs tal-EASA dwar id-droni f’kategorija Miftuħa u Speċifika - Appoġġ għall-komunità tad-droni